Call us: +356 99813063
Press Release 006
All local newspapers are copied via email
Imperium Europa jixtieq joffri s-sapport lill-awtoritajiet ikkonċernati rigward ilment riċenti mressaq mill-Aditus Foundation kontra xogħol siewi ta’ iċċekjar ta’ rutina li qed isir rigward immigrazzjoni illegali, u visi jew permessi ta’ residenza skaduti.
Imperium Europa jsibha inaċċettabli li NGO’s bħal Aditus Foundation, li jitħallsu minn ċerti fondi tal- Unjoni Ewropeja, jiġifieri mit-taxxi tagħna, jidettaw lill-awtoritajiet Maltin fuq kwistjonijiet ta’ vera importanza għall-poplu Malti.
Imperium Europa jistaq li l-awtoritajiet Maltin m’għandhomx ibaxxu rashom quddiem NGO’s li l-interess tagħhom dejjem kien il-barrani għad-detriment tal-Maltin li jixirqilhom ikunu komdi u siguri f’art twelidhom.
Solidarjetà mal-Pulizija tal-Komunità, ufficjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni, u oħrajn li qed jagħmlu xogħol siewi li kien ilu jinħass in-nuqqas tiegħu.
Jekk inbaxxu rasna, il-moral tal-korpi dixxiplinati jikrolla, bir-riżultat li l-abbużi serji dwar immigrazzjoni ikomplu jiżdiedu b’konsegwenzi ħziena kemm għall-Maltin u kemm għal immigranti regolari.
Ħadd ma jixtieq jara xeni bħal ma qed naraw fil-kumplament tal-Ewropa, iseħħu f’Malta.
